Is-sena l-oħra, il-provvista tal-elettriku żdiedet b’aktar minn 1%, meta mqabbel ma’ sena qabel, jiġifieri l-2022. B’dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Minn din l-istatistika ħareġ li fl-2023, l-akbar domanda u konsum tal-elettriku kien l-aktar irreġistrati fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Dawn ix-xhur kienu meqjusin l-aktar sħan, meta f’Lulju pajjiżna wkoll kellu heatwave qawwija li damet għal aktar minn ġimgħa.
Ħareġ kif aktar minn żewġ terzi tal-provvista tal-elettriku f’pajjiżna ġejja mill-powerstation f’Dellimara, kważi 11% oħra ġew iġġenerati mis-sorsi ta’ enerġija li tiġġedded l-iżjed mill-pannelli fotovoltajċi, filwaqt li aktar minn 20% kienu ġejjin mill-interconnector.