Matul ix-xahar li għadda, pajjiżi minn madwar id-dinja sofrew minn temperaturi estremi wara li, skont xjenzati, Lulju ġie ddikjarat bħala l-ewwel xahar sajfi illi qabeż il-limitu ta’ 1.5 gradi Celsius ta’ tisħin globali. L-istess limitu illi x-xjenzati saħqu li d-dinja għandha tibqa’ taħtu.
Il-medja tat-temperatura globali f’Lulju kienet madwar 1.5 gradi Celsius iktar sħan minn dawk taż-żminijiet ta’ qabel ir-rivoluzzjoni industrijali tas-seklu dsatax, saħqet il-fergħa tal-Unjoni Ewropea dwar it-tibdil fil-klima, Copernicus, wara diversi mewġiet tas-sħana b’temperaturi li kisru rekords dinjija.
Hu għalhekk li ċ-ċans ta’ diżastri naturali bħal sħana estrema, nirien u nixfa jaf iwasslu għal nuqqas ta’ sorsi ta’ ikel u xorb u b’hekk diffikultajiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati.
Fl-istess waqt, waħda mix-xjentisti ta’ Copernicus, Rebecca Emerton, saħqet li, għalkemm dawn it-tipi ta’ temperaturi għal żmien qasir mhumiex daqstant serji għal li ssir iżjed frekwenti, l-effetti jaf jisserjaw b’mod allarmanti matul iż-żmien. Hija wriet li huwa ferm importanti illi kwistjonijiet simili jkunu segwiti mill-viċin għal kull eventwalità.
Hija tenniet l-appell tagħha biex innaqqsu t-tniġġis tal-ambjent biex nissalvagwardjaw effetti simili, jew saħansitra iżjed gravi, fil-futur.