Ix-xahar ta’ Lulju, ilu 120,000 sena ma jirreġistra dawn it-tempetaturi daqstant għoljin.
Lulju ta’ din is-sena se jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala l-aktar xahar sħun s’issa.
Dan hekk kif it-temperaturi kienu bejn wieħed u ieħor wieħed punt ħamsa gradi celsius fuq il-livelli, pre-industrijali, skont analiżi tal-Università ta’ Leipzig, fil-Ġermanja.
L-esperti qalu li dawn it-temperaturi rekord, aktarx li se jirrepetu ruħhom fiż-żmien li ġej.
Diversi mewġiet ta’ sħana laqtu lill-Ewrorpa, l-Asja u l-Amerika ta’ Fuq.
Kawża ta’ dan, diversi pajjiżi bħall-Kanada, l-Greċja u Sqallija, inħakmu min-nirien.
Dan kollu qed iseħħ fid-dawl tal-fenomenu El Niño, li qed jikkawża tisħin fil-Paċifiku, li mistenni li jibqa’ sejjer sas-sena d-dieħla.
Dawn it-tibdiliet klimatiċi drammatiċi, jistgħu jirriżultaw f’mewġ ta’ sħana bla preċedent.