F’Lulju li għadda l-ammont ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali naqas b’5,790 meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Tagħrif li ksibna mill-Aġenzija tal-Infurzar Lokali jindika li kien hemm tnaqqis kważi f’kull tip ta’ ċitazzjoni, ħlief għal dawk maħruġa mill-Pulizija.
F’Lulju b’kollox inħarġu 31, 327 ċitazzjoni – tnaqqis ta’ 7,968 fuq sena qabel. Dan meta tqis iċ-ċitazzjonijiet kollha, u mhux biss dawk maħruġa mill-gwardjani lokali.
Din l-istatistika tkompli tikkonferma r-rieda tal-Gvern li jħaddan sistema li teduka lil-pubbliku biex jevita kontravenzjonijiet, aktar jkun immultat meta jwettaqhom. Din hija bidla fil-mentalità li l-Gvern qed iwettaq b’konsultazzjoni sħiħa mal-kunsilli lokali.
Ir-riżultati tax-xahar li għadda jsewgu tnaqqis fl-ammont ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw minn gwardjani lokali fl-ewwel nofs ta’ din is-sena; tnaqqis ta’ 34,428 ċitazzjoni.
Din hi l-istatistika għax-xahar li għadda, meta mqabbel ma’ Lulju 2015.
Multi minn gwardjani lokali (wardens)
2016 – 16,544
2015 – 22,334
Tnaqqis ta’ 5,790
Multi għal sewqan eċċessiv
2016 – 7,539
2015 – 8, 261
Tnaqqis ta’ 722
Multi li nħarġu wara eżaminazzjoni ta’ cameras CCTV
2016 – 1,918
2015 – 3,297
Tnaqqis ta’ 1,379
Multi maħruġa mill-Pulizija
2016 – 4,345
2015 – 4,186
Żieda ta’ 159
Multi minħabba nuqqas ta’ rispett lejn is-sistema edukattiva (bħal tfal li ma ntbagħtux l-iskola)
2016 – 356
2015 – 364
Tnaqqis ta’ 8
Multi minn Transport Malta
2016 – 625
2015 – 853
Tnaqqis ta’ 228
Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena, l-iktar reġjun fejn jingħataw ċitazzjonijiet huwa dak taċ-ċentru u jsegwi hemm dak tax-Xlokk. F’Għawdex ingħataw biss 6,527 ċitazzjoni.