F’Lulju li għadda Malta rat żieda ta’ 11.7% fin-numru ta’ turisti li żaru lil pajjiżna meta mqabbla ma’ Lulju tas-sena l-oħra.
Dan hekk kif kienu aktar minn kwart ta’ miljun persuna li ġew f’Malta f’Lulju, total ta’ 256,509 persuna.
In-nefqa tat-turisti tul Lulju kienet ta’ €255.7 miljun, li tammonta għal żieda ta’ 11.4%. Il-maġġoranza tat-turisti kellhom bejn 25 u 44 sena segwiti minn dawk ta’ bejn 0-24 sena.
It-total ta’ ljieli li qattgħu f’pajjiżna żdiedu bi 8.9% meta mqabbel mal-istess xahar fl-2016, jiġifieri ammontaw għal 2.1 miljun lejl.
9,942 minn dawn żaru pajjiżna fuq negozju jew xogħol.
L-ikbar żieda kienet fost it-turisti li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li bejniethom ammontaw għal żieda ta’ 12%. Tul dan ix-xahar pajjiżna rreġistra żieda fin-numru ta’ turisti li ġejjin mill-Italja.
Il-maġġoranza tat-turisti; għażlu li joqgħodu f’lukandi.