L-atleta Luke Micallef waqqaf rekord nazzjonali ġdid fid-distanza tal-10km Road Race waqt li kien qed jieħu sehem f’kompetizzjoni f’Bologna l-Italja.
Micallef kellu ħin ta’ 29:26 filwaqt li temm fit-tielet post fl-istess kompetizzjoni, madwar żewġ sekondi biss ‘l bogħod mir-rebbieħ tal-istess maratona.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bil-ħin li kiseb illum, Micallef tejjeb ir-rekord nazzjonali li kien ilu mwaqqaf minn Jordan Gusman mill-2022. Ir-rekord ta’ qabel kien ta’ 29:39.
Ta’ min ifakkar li Micallef għandu wkoll ir-ekord nazzjonali tat-3000m steeplechase.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/01/12173627/315d6233-309f-4842-8e18-e64162b5aa30-768x1024.jpeg)