Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko qal illi ħafna mill-pajjiżi tal-Punent qabżu l-limitu bis-sanzjonijiet li imponew fuq il-Belarus.
Huwa għamel dawn ir-rimarki hekk kif kien qed jindirizza l-Parlament l-Erbgħa jiddefendi l-azzjoni li ħa nhar il-Ħadd li għadda.
Lukashenko ordna li jiġi arrestat il-Ġurnalist Roman Protasevich waqt li kien fuq titjira bejn il-Greċja u l-Litwanja u l-ajruplan tniżżel fil-Belarus.
Protasevich flimkien mas-sieħba tiegħu qed jaffaċċjaw akkużi kriminali.
F’filmati li ġew ippubblikati, il-koppja tidher li qed tammetti għall-akkużi miġjuba kontrihom, madanakollu l-espressjoni fuq wiċċhom turi li huma ġew sfurzati jammettu.