Lukarda Abela se tingħata l-aħħar tislima nhar it-Tnejn li ġej 13 ta’ Frar fis-09:30, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.
Lukarda Abela, li tiġi n-nanna tal-Prim Ministru ta’ Robert Abela, mietet dalgħodu.
Il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tan-nanna tiegħu li ġiet nieqsa dalgħodu.
Fuq il-midja soċjali l-Prim Ministru kiteb: “Se nimmisjawk nann. Grazzi ta’ kemm ħabbejtna.”
Tul is-snin il-Prim Ministru dejjem rrefera għan-nanna Lukarda bħala sors ta’ enerġija u kuraġġ.