F’Mejju l-ammont ta’ nies li qattgħu lejl f’lukandi f’Malta kien 153,659. Kien hemm tnaqqis fl-iljieli li turisti qattgħu f’lukandi ta’ tliet u ħames stilel, iżda kien hemm żieda f’lukandi ta’ erba’ stilel. Infatti 48.5% tal-iljiet mqattgħin f’Malta kienu f’lukandi ta’ erba’ stilel.
Turisti qattgħu medja ta’ ħamest’iljieli f’pajjiżna f’Mejju li għadda. Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kien hawn żieda ta’ 2.8% fl-ammont ta’ turisti li qattgħu ljieli f’Malta, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Hawn Malta f’Mejju kien hawn 168 stabiliment li jakkomoda turisti, b’17,735 kamra tas-sodda u 39,028 sodda.