L-ammont ta’ persuni li qattgħu ljieli f’lukandi u akkomodazzjonijet hawn Malta żied bi kważi 1% u l-ammont ta’ ljieli li qattgħu żdied b’0.4% f’Ottubru li għadda, meta mqabbel ma’ Ottubru 2015.
L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma li l-ammont ta’ persuni f’akkomodazzjonijiet laħħaq l-160,431, u kienet irreġistrata żieda f’lukandi ta’ erba’ u żewġ stilel.
Kważi 49% ta’ dawk li qadu f’akkomodazzjonijiet għażlu lukandi ta’ erba’ stilel.
Intant, waqt One News Breakfast, il-President tal-MHRA Tony Zahra u c-chairman tal-Awtorita ghat-Turizmu Gavin Gulia tkellu dwar it-tisħiħ fil-qliegħ tal-lukandiera. Tista’ ssegwi hawn.