Lukandi ewlenin f’pajjiżna qed jagħzlu li jillimitaw il-faċilitajiet tagħhom għall-użu tar-residenti biss.
Dan minħabba li f’dawn il-jiem għandhom numru kbir ta’ residenti, partikolarment turisti.
Biex dawk li riedu jgħaddu l-jum tal-għada ta’ Santa Marija f’xi waħda mill-pixxini ta’ dawn il-lukandi ma sabuhiex faċli.
Meta ONE NEWS nnota kummenti dwar dan fuq il-midja soċjali kkonfermajna b’eżerċizzju faċli ta’ telefonati.
Ċempilna f’numru ta’ lukandi, partikolarment dawk ta’ ħames stilel, u l-messaġġ kien wieħed.
Din id-darba biex tgawdi d-deckchair trid tkun ibbukjajt kamra.