Il-lukanda Barceló Fortina Malta se tiftaħ il-bibien tagħha f’Settembru li ġej.
Barceló Hotel Group ħabbar ftehim ma’ Fortina Investments Limited, hekk kif dik li kienet il-lukanda Fortina ġiet mibdula f’lukanda ta’ ħames stilel max-xatt ta’ Tas-Sliema, b’veduti mill-isbaħ tal-Belt Kapitali.
Fi kliem wieħed mid-diretturi reġjonali ta’ Barcelo Hotel Group:
“Malta hija gżira b’esperjenza turistika kbira, grazzi għall-istorja rikka u l-wirt kulturali tagħha. Din il-lukanda ġdida se tippermettilna nkomplu nżidu l-preżenza tagħna fil-Mediterran, parti essenzjali mill-portafoll li qed jikber tal-kumpanija.”
Jose Canals
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Fortina Investments Limited esprima sodisfazzjon għal din il-kollaborazzjoni.
“Din il-katina ta’ lukandi prestiġjużi għandha esperjenza estensiva fil-ġestjoni ta’ lukandi lussużi. Rikonoxxut għall-istandards għoljin tiegħu ta’ servizz u netwerk kummerċjali kbir, Barceló Hotel Group se jgħin biex jistabbilixxi Barceló Fortina Malta bħala lukanda lussuża ewlenija f’Malta”.
Edward Zammit Tabona