Lukanda abbandunata fi Triq it-Tamal fil-Qawra ħadet in-nar ftit tal-ħin ilu. Fuq il-post issejħu xi membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Jidher li ma kienx hemm bżonn intervent mediku fuq il-post hekk kif ma kienx hemm nies fl-inħawi.