L-eks President tal-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Futbol, Luis Rubiales, ma jistax jipparteċipa f’attivitajiet relatati mal-futbol għal 3 snin.
Rubiales kien iffaċċja baraxx ta’ kritika wara li bies plejer fuq xufftejha waqt il-finali tal-World Cup tan-nisa.
Dan skont ordni li ħarġet mill-FIFA.
Huwa rreżenja bħala President għall-Federazzjoni Spanjola u minn Viċi President tal-UEFA nhar l-10 ta’ Settembru.
Huwa kien ġie sospiż mill-futbol għal 90 ġurnata fis-26 t’Awwissu li għadda.
Rubiales għadu qed jiffaċċja investigazzjonijiet kriminali fi Spanja, fpsthom fuq akkużi ta’ fastidju sesswali.
Hermoso, il-plejer, kienet qalet li l-bewsa kienet mingħajr kunsens.
Huwa qed jiġi mixli wkoll li pprova jikkonvinċi lil Hermoso u l-qrabat tagħha sabiex ma jkabbrux l-affari, minkejja li ċaħad din l-akkuża.