Fl-Italja, Luigi Di Maio rriżenja mill-Mexxej tal-Moviment tal-Ħames Stilel, li huwa parti mill-koalizzjoni fil-Gvern Taljan.
Di Maio se jżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala Ministru għall-Affarjiet barranin.
Di Maio, li għandu tlieta u tletin sena sena kien ilu taħt pressjoni biex jirriżenja wara li tilef aktar minn 20 membru parlamentari meta l-moviment issieħeb f’koalizzjoni mal-Partit Demokratiku
f’Settembru. Fl-istess ħin, stħarriġ tal-fehma pubblika riċenti wera kif il-Moviment ta’ Di Maio tilef il-popolarità jiem biss qabel l-elezzjoni reġjonali f’Emilia Romagna.
Vito Crimi, membru tas-senat Taljan, se jkun qed imexxi l-istess moviment sa’ Marzu li ġej.