Il-linja tal-ajru Ġermaniża Lufthansa ħabbret li se tissospendi t-titjiriet lejn Veneżwela mit-18 ta’ Ġunju minħabba diffikultajiet ekonomiċi fil-pajjiż.
Il-kumpanija qalet ukoll li kontrolli tal-munita fil-Veneżwela qed jagħmluha impossibbli biex linji tal-ajru ibiddlu l-qliegħ tagħhom f’dollari u jibgħatu l-flus barra mill-pajjiż.
L-ekonomija tal-pajjiż ħadet daqqa ta’ ħatra bi tnaqqis drastiku fil-prezz taż-żejt, li huwa s-sors ewlieni ta’ dħul tal-Veneżwela.
Fi stqarrija, Lufthansa qalet li t-talba għal titjiriet lejn il-Veneżwela naqset fl-elfejn u ħmistax u anke fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Qalet li tittama li s-servizz lejn l-istess pajjiż jitkompla fil-futur.