Il-kumpanija Lufthansa Technik Malta ħabbret li issa se tibda’ tmexxi xogħlijiet ta’ manutenzjoni, kif ukoll spezzjonijiet, fuq ajruplani tal-mudell Airbus A350-1000.
Airbus A350 hija familja ta’ ajruplani akbar minn dawk li s-soltu naraw f’pajjiżna u li normalment jintużaw għal titjiriet fit-tul.
Il-bażi Maltija ta’ Lufthansa kisbet il-liċenzja meħtieġa biex twettaq dan ix-xogħol mill-Uffiċċju tal-Avjazzjoni Federali Ġermaniż. Din it-tip ta’ liċenzja tippermetti biex il-ħaddiema mħarrġa ta’ Lufthansa Technik Malta jistgħu jagħmlu spezzjonijiet u xogħol fuq kull ajurplan tal-għamla Airbus A350, inkluż l-aktar mudell riċenti.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Lufthansa Technik Malta Marcus Motschenbacher, qal li dan kollu se jsaħħaħ ir-reputazzjoni tal-kumpanija bħala l-aktar sit poplari għall-manutensjoni jew spezzjoni tal-ajruplani fl-Ewropa, u huwa suċċess ieħor għall-Grupp Lufthansa.