Luċifru. Hekk qed isejħulha l-heatwave li fl-aħħar jiem ħakmet il-gżejjer Maltin fejn din il-mewġa ta’ sħana issa qed iddur mal-Ewropa.
Esperti sostnew li din il-klima estrema hemm ċans li toqtol madwar 152,000 persuna fis-sena madwar l-Ewropa sal-2100 jekk ma jsir xejn biex jiġu kkumbattuti l-effetti tal-bidla fil-klima. Qabża kbira meta wieħed jikkunsidra li bejn l-1981 u l-2010 kien stmat li kien hemm madwar 3,000 mwiet fis-sena.
In-numru hu 50 darba iktar fl-ammont ta’ mwiet li qed jiġu rrapportati bħalissa, dan skont studju li ġie ppubblikat fil-ġurnal ta’ The Lancet Planetary Health.
Il-heatwaves se jkunu qed ikunu l-kaġun ta’ 99% tal-imwiet relatati mal-klima, fejn żied jgħid li l-Ewropa t’Isfel tkun l-iktar li se tiġi affettwata.