Fi stqarrija d-deputat Laburista, Luciano Busuttil, irrefera għar-rapporti fil-mezzi tax-xandir dwar il-blue badge. “Niddikjara li jien qatt ma kelli Blue Badge tiegħi jew li qatt użajt il-Blue Bagde tal-mara tiegħi,” qal Busuttil.
“Il-Blue Badge ngħatat lil mara tiegħi, erba’ snin ilu wara li hija kellha aċċident bil-karozza li ħalliha diżabbli. Din il-Blue Badge kienet valida għal sentejn. Wara li għaddew is-sentejn, reġa’ ġie rivedut il-każ tal-mara tiegħi mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà fejn anke kienet invistatha mit-tabiba tal-istess Kummissjoni biex sussegwentament kienet imġedda l-użu ta’ din il-bagde.
“Preżentament il-Blue Badge għadha valida, iżda min jeddha l-mara tiegħi se tkun qed titlob re-assessment. Jien ser inkun disponibbli biex nikkopera mal-awtoritajiet fuq xi investigazzjoni li jista’ ikun hemm,” qal Busuttil fl-istqarrija.