Sa mill-ewwel tellieqa, Luca Vella u Rossana Oddi dehru li kienu l-għawwiema li kellhom il-potenzjal tat-titlu fil-Kampjonati Nazzjonali Garmin tal-Għawm Open Water organiszzani mill-Birkirkara St Joseph Sports Club.
Il-Kampjonati, li saru taħt l-awspiċi tal-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta kienu jikkonsistu f’sitt tiġrijiet – ħamsa fuq korsa ta’ 2km u waħda fuq korsa ta’ 4km. It-tiġrijiet servew ukoll bħala meżż ta’ kwalifikazzjoni għall-Kompetizzjonijiet Garmin Malta – Gozo – Malta u Garmin Malta – Gozo Malta li ser iseħħu nhar il-21 ta’ Settembru li ġej.
Bir-reħba ta’ dan il-kampjonat Luca Vella kiseb it-tielet titlu Nazzjonali tiegħu, wara b’saħħitha, huwa ffaċċja kompetizzjoni minn Sam Camilleri u Giuseppe Borg, li t-tnejn spiss sabu ruħhom fuq il-podju tat-tlielaq, biex żammew il-kampjonat kompetittiv.
Rossana Oddi, għawwiema li għamlet id-debutt tagħha f’dawn il-Kampjonati, segwiet triq simili bħal Vella. Magħha fuq il-podju ġenerali kien hemm Kaitlyn Muscat u Michela Camilleri. Dawn tal-aħħar dehru ukoll regolarment fuq il-podju tat-tiġrija.
It- trofej lir-Rebbieħa Overall u tal-Gruppi tal-Eta ngħataw fi tmiem it-Tiġrija mill-Membru mill-membru tal-bord eżekuttiv tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club, Joseph Farrugia.
“Għal darb’oħra, il-Kampjonati Nazzjonali ġibdu numru b’saħħtu ta’ għawwiema mifruxa fuq il-livelli kollha. Nirringrazzjaw lill-klabbs tal-għawm u lill-atleti kollha għall-appoġġ kontinwu tagħhom,” irrimarka Euchar Camilleri, Segretarju tal-Birkirkara St Joseph Sports Club. “Il-gratitudni tagħna tmur ukoll lejn Garmin Malta, li ilha tappoġġja lill-Club tagħna u dawn il-kampjonati.”
Il-Club issa ser jiffoka l-attenzjoni tiegħu lejn l-għawm fil-fliegu, li se jsir nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru.
Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħa online fuq is-sit elettroniku – https://bsj.mt/event/2024-gozo-malta-open-water-swimming-competition/