Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.
L-aħħar li dehret, hi kienet liebsa libsa sewda u ġakketta sewda tal-ġilda.
Fi stqarrija l-Pulizija talbet lil kull min għandu xi informazzjoni dwar din it-tfajla, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.