“Minn meta twaqqaf il-Kumitat Amministrattiv Inter-Ministerjali dwar Diżabilitajiet kienu analizzati numru ta’ servizzi li jingħataw lil tfal bl-awtizmu fl-iskejjel f’pajjiżna.”
Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet bit-tema “L-Awtiżmu u l-Edukazzjoni : Aċċess għal Kulħadd” organizzata mill-Membru Parlamentari Ewropew Maltija, Miriam Dalli.
Konferenza li qed issir f’lukanda ewlenija f’Ħ’Attard, fil-preżenza ta’ numru ta’ ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu, għalliema u LSAs, carers, esperti u Organizzazzjonijiet Non-Governattivi.
Persuni mill-panel tkellmu dwar l-isfidi li huma l-aktar komuni li jiltaqgħu magħhom tfal bl-awtiżmu, u t-triq ‘il quddiem.
Fost l-iktar tħassib hemm it-taħriġ li jingħata lill-LSAs u l-inklużjoni ta’ dawn it-tfal fil-klassijiet.
Fost dawk preżenti hemm il-Ministru Evarist Bartolo, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana u mart il-Prim Ministru Michelle Muscat.