LSA ta’ 22 sena nżamm arrestat fil-ħabs ta’ Kordin wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu relazzjoni sesswali ma’ studenta tiegħu ta’ tlettax-il sena.
Iż-żagħżugħ li ċaħad l-akkużi kontrih ġie mixli li uża l-internet sabiex jiffissa laqgħa mal-istudenta fejn sussegwentament daħal f’attivita’ sesswali magħha.
Fil-Qorti ntqal ukoll li ż-żewġ naħat bagħtu messaġġi lil xulxin u r-raġel ikkorrompa lit-tifla.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest peress li t-tifla għad trid tixhed iżda saħaq li l-LSA għandu jitpoġġa f’akkomodazzjoni addattata għalih f’Kordin.