Suldat Franċiż li kien qed jgħasses il-Louvre f’Pariġi spara lejn raġel li prova jwettaq attakk b’sikkina kbira filwaqt li għajjat il-kliem “Allahu Akbar”.
Ir-raġel, li prova jidħol fiċ-ċentru tax-xiri tal-Louvre, intlaqat viċin żaqqu u weġġa serjament. Dan filwaqt li suldat sofra ġrieħi ħfief f’rasu.
Il-Prim Ministru Franċiż qal li l-attakk kien terroristiku min-natura tiegħu. Fil-Louvre hemm diversi xogħolijiet artistiċi famużi, fosthom il-Mona Lisa.
Il-każ seħħ fl-għaxar ta’ filgħodu fiċ-ċentru tax-xiri Carrousel du Louvre, propju fit-taraġ li jwassal għall-entratura tal-mużew innifsu.