Il-kandidata Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Louise Ann Pulis iddikjarat li kienet tagħmel l-istess bħalma għamlu l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti fl-aħħar leġiżlatura u tivvota 14-il darba kontra Malta.
F’dibattitu mal-kandidat Laburista għall-istess elezzjoni, Steve Ellul, Pulis ma ddejqet xejn tiddikjara li hi tivvota kontra Malta.
Steve Ellul: “Mela inti kont tagħmel bħal David u Roberta?”
Louise Ann Pulis: “Iva, iva.”
Steve Ellul innota d-diskors ta’ mibegħda ħiereġ minn fomm il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ David Casa.
Ellul” “Bdejna kampanja elettorali li jien rrid kampanja elettorali titkellem fuq il-kontenut, fuq x’jinteressa lin-nies hemm barra, li l-PN bdieha b’mod sfaċċat u ma kkoreġih ħadd, jiddikjara gwerra qaddisa, jekk jogħġbok, jekk ma jimpurtax. Xi ħadd minnkom forsi jispjega xi tfisser gwerra qaddisa fuq nofs il-popolazzjoni, fuq il-Maltin Laburisti u għadni ma smajt lil ħadd mill-esponenti tal-PN jiċħad dak li qal David Casa.”
Fuq l-istazzjon tal-Knisja, Louise Ann Pulis, imbagħad, iddefendiet lil Casa.
Louise Ann Pulis “Allergorija, metafora, alright? Ironija.”
Steve Ellul: “Ironija gwerra qaddisa fuq il-Maltin, Louise Ann? Lanqas nistenniha mingħandek.”
Id-differenza bejn iż-żewġ partiti kompliet toħroġ, bi Steve Ellul jgħid li l-għażla tat-8 ta’ Ġunju għandha tkun favur Malta.
Ellul: “Jien jekk il-poplu jagħtina l-fiduċja, irrid nassigura li s-sitt membri Parlamentari Ewropej kollha kemm huma, jaħdmu kollha għal Malta, pajjiżna. Kollha flimkien. U dak l-appell tiegħi, għax meta l-pajjiż jingħaqad, jimxi ’l quddiem. Il-politika tal-firda qatt ma wasslet għal imkien.”