Id-ditta internazzjonali Louis Vouitton se tixtri d-ditta ta’ ġojjelli Tiffany & Co għal valur li jaqbeż is-16-il biljun dollaru. Dan wara li d-ditta tal-ġojjelli sofriet nuqqas ta’ bejgħ minn pajjiżi lil hinn mill-Istati Uniti.
Id-ditta Tiffany & Co rat żieda fil-popolarità fis-sittinijiet wara l-film Breakfast at Tiffany’s, li fih ħadmet l-attriċi tant maħbuba Audrey Hepburn. Hu mifhum li bħalissa d-ditta timpjega aktar minn 14,000 persuna f’aktar minn tliet mitt stabbiliment.