Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Federazzjoni Maltija Lotta ħadet sehem f’żewġ Tournaments Internazzjonali ġewwa Sassari, Sardegna, wieħed tal-Lotta Olimpika u l-ieħor tal-Beach Wrestling, organizzati mill- Federazzjoni Internazzjonali UWW.
Fil-57kg, Gary Giordmaina kien vicin midalja tal-Bronze. Fl-ewwel kumbattiment tilef kontra lottatur mill-Ivory Coast li ser ikun qed jirrapreżenta lil pajjiżu waqt l-Olimpjadi. Fit-tieni konfront tilef kontra Darian Cruz tal-Peurto Rico li ukoll sejjer għall-Olimpjadi. Fit-tielt konfront rebaħ kontra t-Taljan Carmine Caiazza biex għadda għal Bronze medal match. Hawnhekk iltaqa kontra l-lottatur mill-Costa Rica. Gary beda tajjeb ħafna fejn anke kien 6-2 minn fuq. Iżda imbagħad inqabad pożizzjoni ħażina fejn tilef b’fall biex spiċċa fir-raba’ post.
Fis-74kg, Nico Zarb ukoll kellu bouts tajbin meta tqis il-livell ta’ atleti preżenti li minnhom hemm min sejjer l-Olimpjadi. Nico tilef iż-żewġ kumbattimenti tiegħu u b’hekk ma’ għaddiex mill-grupp tiegħu.
Fit-92kg, Cedric Zarb kien qed jesperjenza l-ewwel darba f’din il-kategorija peress li fuq parir tal-coach, niżel kategorija. Huwa kellu prestazzjoni tajba meta tqis li ma kellux ħafna parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet ta’ dan il-livell.
L-Għada l-Ħadd, Malta ħadet sehem f’kompetizzjoni tal-Beach Wrestling organizat ukoll mill-UWW. Hawnhekk Malta ħadet sehem b’żewġ lottaturi, Nico 80kg u Cedric 90kg. Il-Moldovja iddominaw din il-kompetizzjoni iżda bir-rebħa li ġab Nico Zarb kontra t-Taljan Pazzona, u bil-punti li irnexxielu jirbaħ Cedric, Malta spiċċat fit-tielt post minn sitt pajjiżi.
Jesmond Giordmaina kien il-coach nazzjonali fiż-żewġ kompetizzjonijiet.
Abraham Vassallo kien referee fiż-żewġ kompetizzjonijiet.
Din il-parteċipazzjoni kienet possibli bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u Sportmalta.