Għar-raba’ darba, il-festival Annie Mac Presents (AMP) Lost & Found se jirritorna f’pajjiżna. Aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbret il-lista ta’ parteċipanti li se jiġu hawn Malta waqt il-festival, li se jsir fl-ewwel ‘bank holiday weekend’ għar-Renju Unit f’Mejju.
Annie Mac Manus, magħrufa bħala Annie Mac, hija DJ Irlandiża u preżenatatriċi ta’ programm ta’ mużika elettronika ‘Annie Mac on BBC Radio 1’ fir-Renju Unit.
Il-festival qed ikun irriklamat mill-organizzaturi bħala l-ewwel wieħed fl-istaġun sajfi u se joffri erbat’ijiem u erbat’iljieli ta’ divertiment ħdejn pixxini, dgħajjes u postijiet fl-apert. Parteċipanti kkonfermati huma Jamie XX, Diplo Four Tet, J Hus u sintendi Annie Mac infisha. Minbarra dawn l-ismijiet kbar fix-xena, se jkun hemm numru ta’ ħbieb ta’ Mac mill-isferi tal-mużika elettronika, house u techno, li se jinġabru lkoll hawn Malta.
Hekk kif ikkonfermaw il-preżenza tagħhom f’Malta, l-organiżżaturi faħħru r-reputazzjoni dejjem tikber ta’ Malta bħala destinazzjoni ideali għall-clubbling, fi sfond pittoresk li huwa perfett ġħal min irid post xemxi filwaqt li jgawdi l-baħar. Din is-sena l-edizzjoni se ssir aktar tard mis-soltu, għax filwaqt li ssoltu ssir f’April, din is-sena se ssir f’Mejju.
Din is-sena l-‘line-up’ jinkludi d-DJ producer Ingliż Jamie XX, Diplo, Four Tet u J Hus, b’dan tal-aħħar jeżebixxi għall-ewwel darba hawn Malta. Inklużi wkoll hemm Kölsch, The Black Madonna, Denis Sulta, Mall Grab, Heidi u Bicep, filwat li Londoners Novelist, Donae’o u Not3s se jirrappreżentaw id-dinja tar-rap. It-trio The Dreem Teem se jkunu preżenti wkoll flimkien ma’Mike Skinner, il-front man ta’ The Streets, li se jkun qed jiddebutta għal Lost & Found. Flimkien ma’ Annie Mac se jkun hawn Clara Amfo minn Radio 1 u Mabel, isem ġdid għall-R&B.
F’kummenti dwar il-festival, Annie Mac qalet li tinsab eċitata għall-fatt li se tesperjenza jiem u ljieli f’temperaturiu atmosferi mill-isbaħ, flimkien mal-aqwa mużika elettornika li hawn dispsonibbli fix-xena mużikali. Qalet li l-għażla ta’ mużiċisti din is-sena tannt hija tajba li wieħed għandu jfittex jiġi lejn Malta biex igawdi kull sekonda minn din l-avventura.
Is-sur Paul Bugeja, CEO tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu, qal li l-festival huwa ċertifikat tal-isforz kontinwu tal-Awtorita’, biex il-potenzjal kollu tat-tliet gżejjer Maltin ikun użat bl-aħjar mod. Hija turija ċara, żied jgħid, li Malta għandha potenzjal qawii bħala destinazzjoni turistika għal kulħadd, speċjalment għall-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu, Konrad Mizzi, esprima sodisfazzjon għall-fatt li Malta kienet magħżula mill-ġdid bħala destinazzjoni għal Lost & Found, u qal li dan ikompli jivverifika l-fatt li Malta huwa post fejn eluf ta’ snin ta’ storja jiltaqgħu mar-realta’ tad-dinja moderna, u dan jirrappreżenta b’mod perfett dak li huwa Brand Malta. Żied jgħid li l-festival u l-preżenza tiegħu hawn Malta jkomplu jsaħħu r-rappreżentazzjoni ta’ Malta fis-suq Ingliż u jistabilixxu ‘brand image’ frisk u modern li jattira turisti li jonfqu aktar u li jiġu Malta għal btajjel qosra fl-istaġuni xitwin.