Tifla ta’ 15-il sena inqatlet waqt li kienet miexja għall-iskola. Il-każ seħħ fil-belt ta’ Croydon f’Londra.
B’rabta ma dan il-każ il-Pulizija Ingliża arrestat ġuvni ta’ 17-il sena u mistenni jiġi akkużat bil-qtil volontarju tagħha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Xhieda fuq il-post irrakuntaw kif raw lil ġuvni jattakka lit-tifla f’għonqa b’sikkina sakemm ħarab jiġri minn fuq il-post.
Filwaqt li kien hemm numru ta’ persuni jippruvaw jgħidu lit-tifla, persuni oħrajna ġrew wara l-aggressur sakemm inqabad mill-Pulizija.
Fi stqarrija, l-iskola fejn kienet tattendi t-tifla qalet li se tkun qed toffri l-għajnuna kollha neċessarja lill-istudenti wara dan il-każ ikrah.