Jade Anthony Barnett, raġel ta’ tmienja u tletin sena li jagħmel użu minn siġġu tar-roti inqatel b’daqqiet ta’ sikkina kbira f’Londra.
L-allegat agressuri, żewġ irġiel ta’ tmienja għoxrin u wieħed u għoxrin sena ġew arrestati b’rabta mal-każ.
Il-pulizija Metropolitana f’Londra qalet kif l-Erbgħa waranofsinhar intlabu jassistu fuq ġlieda fejn sabu l-vittma bi ġrieħi kawża ta’ daqqiet ta’ dak li qed ikun allegat li kienet machete. Fuq il-post intalbet minnufih l-assistenza ta’ tim mediku. Minkejja dan il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-vittma kien jagħmel użu minn siġġu tar-roti minħabba li kien tilef sieq f’inċident tat-traffiku bil-mutur. Dawk qrib il-vittma tennew li kien bniedem twajjeb, mingħajr għedewwa u li żgur ma kienx se jkun parteċipi fi ġlied.