Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’Londra wettqu ħidma tul il-lejl wara nirien kbar li ħakmu l-blokk ta’ appartamenti magħrufa bħala Grenfell Towers fil-Punent ta’ Londra.
Tnax-il persuna tilfu ħajjithom u diversi oħra għadhom neqsin. 65 persuna kienu salvati mill-bini ħafna minnhom issa sfaw mingħajr dar.
Iżda l-Kunsill tal-inħawi ta’ Kensington u Chealsea f’Londra qed jipprovdi 44 akkomodazzjoni ta’ emerġenza u diversi peruni min jheddhom ofrew ikel u ħwejjeġ lil dawk salvati.
Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-kaġun tan-nirie tal-Erbgħa filgħodu, bil-biża tibqa’ li l-binja ta’ 120 appartament iċċedi.
Sadanittant in-numru ta’ persuni mejta mistenni jiżdied.