L-atleta maltija Charlotte Wingfield għaddiet għas-semifinali tal-200 metru waqt il-Logħob tal-Commonwealth f’Birmingham. Hija għamlet dan meta kienet fost l-aktar sitt sprinters veloċi minn dawk li ma rnexxielhomx jgħaddu awtomatikament mill-heats rispettivi.
Fil-heat tagħha Wingfield kellha ħin ta’ 24.47 sekondi biex ġiet fit-23 post minn total ta’ 36 sprinters, biżżejjed biex tkompli tavvanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Is-semifinali se jsiru għada l-Ġimgha fid-9.15 ta’ filgħaxija.
Ritratt: Glyn KIRK/AFP