Il-Ħadd filgħaxija daħal fl-azzjoni it-tieni paratleta malti fil-Logħob Paralimpiku ta’ Pariġi hekk kif Antonio Flores ħa sehem fil-kompetizzjoni tal-Atletika li saret fi Stade de France .
Flores ħa sehem f’heat numru 1 tal-100m T64 (Class – single leg amputee below the knee). Huwa kellu ħin ta’ 13.07sekondi li kien l-aħjar ħin tal-istaġun.
Fi stqarrija l-Kumitat Paralimpiku Malti esprima sodisfazzjoni għall-ħin ta’ Flores, li kien fil-mira tal-paratleta malti. Ħin li wasal grazzi għat-taħriġ u l-preparazzjoni kbira li għamel f’dawn l-aħħar snin u xhur.
Antonio Flores issa jerġa’ jkun fl-azzjoni nhar is-sibt li ġej fil-klassi T64 200m tal-Atletika.
(Photo Credit: Malta Paralympic Committee)


