Nhar is-sibt 29 ta’ Ġunju, it-team malti tar-Rugby League se jkun fl-azzjoni f’logħba ta’ ħbiberija kontra Oxford University RLFC. Il-logħba se tintlagħab fil-pitch tar-Rugby l-Marsa u tibda fit-3 ta’ wara nofs-in nhar. Id-dħul għal din il-logħba se jkun b’xejn.
It-team ta’ Oxford University huma ċ-champions renjanti tal-Varsity Rugby League u dik f’Malta se tkun tour ta’ taħriġ għall-plejers ingliżi. Għat-team malti il-logħba tas-sibt li ġej se tkun il-bidu tal-istaġun domestiku.
Il-kowċ tat-team malti Phillip Humphrey sejjaħ skwadra ta’ 25 plejer . Il-plejers fl-iskwadra maltija huma:
Nicky Azzopardi, Scott Beerman, Josh Cassar, Karl Cassar, Sven Camilleri, Shaun Chircop, Robin Cutajar, Brendan Dalton, Ernest DeGabriele, Aidan Demicoli, James Donovan, Josh Gatt, Kyle Gauci, Ryan Felice, Philippe Ioffe, Alfie Jewitt, Harrison Jewitt, Jon Jon Micallef, Kyle Micallef, Jean Scholey, Liam Scicluna, Karol Spiteri, William Watts, Ethan Xuereb, Jean-Pierre Zarb.
It-team malti tar-Rugby League waqt sessjoni ta’ taħriġ fil-Marsa
Oxford University RLFC mal-wasla tagħhom f’Malta
Oxford University RLFC jiċċelebraw ir-rebħ tal-Varsity Rugby League