Id-data tas-Sibt għoxrin ta’ Jannar elfejn erbgħa u għoxrin se tibqa imnaxqa b’ittri tad-deheb għal-isports tal-Polo f’pajjiżna.
Dan hekk kif fil-korsa tal-Marsa, il-Malta Polo Club organizzat logħba storika hekk kif żewġ timijiet femminili, lagħbu għall-ewwel darba kontra xulxin fid-Du Cane Cup.
Il-partita bdiet fil-11 ta’ filgħodu, u kienet bejn Veuce Clicquot Team kontra Gauchas Finestal, bil-partita tispiċċa bl-iskor ta’ tmienja bit-tnejn għat-tim ta’ Veuce Clicquot.
Il-Malta Polo Club ilu mwaqqaf sa mill-1868. Id-Du Cane Cup kienet ippreżentata lill-klabb minn Sir John Du Cane li kien il-gvernatur ta’ Malta fis-snin tletin.
F’kelmtejn qabel ma ingħataw il-midalji u tazzi intqal li plejers ħadmu qatiegħ biex ikunu jistgħu jilgħabu din il-logħba fejn kienu jqumu kmieni filgħodu biex jippratikaw dan l-isports,li qiegħed jiġġenera popolarità kbira f’Malta.
Għal din il-partita storika attendiet mart il-Prim Ministru Lydia Abela, li preżentat il-midalji kif ukoll it-tazza lil rebbieħa.