Il-Gozo Football Association ħabbret li logħba f’Għawex bejn l-Oratorju FC u Qala Saints FC kellha tiġi abbandunata wara li player ta xebgħa lir-referee Joseph Agius.
Il-logħba kienet waslet fit-63 minuta bl-iskor ikun 4-0, bl-Oratorju FC jkunu minn fuq.
Il-player li allegatament ħebb għar-referee huwa l-attakant tal-Qala FC Manuel Cordina.
Intant One News huwa infurmat li r-referee jinsab rikoverat fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni tar-Referees f’Malta kkundannat dan il-ġest mill-player tal-Qala, fejn qalet li l-MFRA ser tkun qed tinvestiga dan il-każ.