Il-Ħadd wara nofs in-nhar il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu Michelle ntlaqgħu b’ entużjażmu kbir fil-Korsa taż-Żwiemel il-Marsa.
Dan hekk flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Isports Chris Agius ippreżentaw il-premijiet lir-rebbieħa tat-tazza nternazzjonali tan-nisa tat-tlielaq taż-żwiemel.
Dawk preżenti fil-Korsa tal-Marsa kellhom kliem ta’ tifħir għat-tmexxija tal-Gvern u kif ukoll kelma ta’ kuraġġ lejn il-Prim Ministru u Martu ma naqsux, dan fid-dawl tal-attakki ta’ dawn l-aħħar ġimgħat.