Sena u erba’ xhur ħabs għal Bulgara li nhar il-Ħamis li għadda serqet kartiera.
Parashkeva Ivanonva, li għandha 34 sena u qed tistenna tarbija, kienet fuq tal-linja mill-Belt għal Baħar iċ-Ċagħaq meta serqet il-kartiera tax-xufier – att li ammettietu hi stess.
Il-Bulgara qalet li ma tgħix hawn Malta u għandha tlett itfal. Fil-Qorti ntqal li l-każ tagħha mhux wieħed iżolat. Għalkemm l-avukat tagħha qal m’għandhiex teħel għal ħafna każijiet oħra li ma wettqitx hi, il-Maġistrat qalet li għandu jkun hemm messaġġ ċar kontra min jidher li qed jiġi pajjiżna biex iwettaq dan it-tip ta’ serq.