Tlier ibniet ta’ sitta, seba’ u disa’ snin tilfu ħajjithom waqt attakk b’sikkina waqt attività fi skola ta’ żfin f’Liverpool, l-Ingilterra, waqt li disgħa oħra sfaw feruti, b’sitta minnhom serjament.
Apparti minn hekk, żewġ adulti li ppruvaw jipproteġu lit-tfal waqt l-attakk ukoll sfaw midruba.
Il-vittmi Bebe King u Elsie Stancombe tilfuq ħajjithom waqt l-attakk filwaqt li Alice Aguiar ta’ disa’ snin tilfet ħajjitha aktar tard fi sptar fejn ittieħdet għall-attenzjoni medika.
L-allegat aggressur huwa żgħażugħ ta’ sbatax-il sena u jinsab fil-kustodja tal-pulizija akkużat b’omiċidju u attentat ta’ omiċidju, fost l-oħrajn.
Hu mifhum li ż-żagħżugħ daħal fl-iskola taż-żfin f’Southport, fejn kienet qed titella’ l-attività bit-tema tal-artista Taylor Swift. Hu kien armat b’sikkina u beda jattakka lit-tfal preżenti.
S’issa għadu mhux magħruf x’kien il-mottiv wara dan l-attakk li kien deskritt minn nies preżenti bħala orribbli. Madanakollu, l-pulizija qalu li qegħdin jittrattaw il-każ bħala attakk terroristiku.
Fost dawk li rreaġixxew għal dan l- l-attakk, kien hemm ir-Re u l-Prim Ministru tar-Renju Unit li kkundannaw l-attakk filwaqt li offrew il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba taċ-ċkejknin.