Illejla tħabbar li l-belt Brittanika ta’ Liverpool se tospita l-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-Eurovision Song Contest.
Ir-Renju Unit se jospita l-edizzjoni tas-sena id-dieħla tal-Eurovision, minflok l-Ukrajna.
Dan minħabba li ġie deċiż li fl-Ukrajna ma tistax issir din il-kompetizzjoni, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, kawża tal-gwerra li hemm f’dan il-pajjiż.
Il-Eurovision se jsir fir-Renju Unit, hekk kif fl-edizzjoni ta’ din is-sena ġie fit-tieni post.
L-għażla finali bejn il-bliet fir-Renju Unit kienet bejn Liverpool u Glasgow.