Il-Ministru Owen Bonnici u l-Membru Parlamentari Silvio Schembri indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-aħħar kriżi li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.
Il-Membru Parlamentari Silvio Schembri qal li jekk il-kumpanija DB qatt ma ħadet servizzi lura tal-flus li tat lill-Partit Nazzjoanlista, mela l-invoicing li qed isemmi Simon Busuttil huwa falz u illegali. Jekk Simon Busuttil, f’ġieħ it-trasparenza irid juri li mhux falz, għandu jippubblika l-invoices li kien qed joħroġ kull xahar għas-servizzi li ngħataw lil DB u jgħid x’kienu dawn is-servizzi li l-PN ta lill-kumpanija.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li fl-aħħar jiem rajna numru ta’ fatti. Mario DeMarco giddeb lil Simon Busuttil meta qal li mhux veru li talbu jagħżel, mentri DeMarco qal li kien ilu sentejn li qallu li ta konsulenza lil DB. Ilbieraħ Alex Perici Calascione qal li ma kien jaf xejn bl-arranġamenti mal-grupp DB. Chris Said qal li hu m’għandux x’jaqsam. Dan kollu jfisser li l-atturi kollha nvoluti warrbu min-nofs u fadal biss Simon Busuttil. Huwa ċar, qal il-Ministru Bonnici, li Busuttil waħdu huwa responsabbli, kien hu li ħoloq din is-sistema.
Il-Minsitru nnota li Busuttil gideb meta qal li m’hu fil-but ta’ ħadd, u issa inqabad. Jekk irid jitwemmen dwar il-kwistjoni tal-invoices, għandhom jiġu ppubblikati.
Busuttil, saħaq il-Minsitru, irid jgħid liem huma l-arranġamenti oħra li għandu ma’ negozjanti oħra.
Fakkar li dan hu l-istess bniedem li ħoloq l-iskema taċ-ċedoli. Huwa bniedem falz, għax jitkellem ħaġa u jagħmel ħaġa oħra. Il-PN kien jitkellem favur it-trasparenza, imma minn wara dahar kulħadd għamel ftehimiet li jiksru l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.
Il-Ministru temm jgħid li l-Kummissjoni Elettorali għandha taqdi dmirha u tieħu l-passi legali kollha meħtieġa fid-dawl tal-ksur fragranti tal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.