Illum isir il-ftuħ uffiċjali tal-Parlament għat-tlettax-il leġiżlatura fejn f’din l-okkażjoni l-jum jibda fid-9:00 ta’ filgħodu b’quddiesa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Wara l-membri Parlamentari ġodda jmorru fil-Parlament fejn minn hemm jingħaqdu flimkien fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Il-Parlament wara jagħżel l-iSpeaker u dan jieħu l-ġurament tal-lealtà u ftit wara ssir jintgħażel id-Deputat Speaker. Ikun għalekk li fl-aħħar ikun jifdal lill-membri Parlamentari biex jieħdu l-ġurament tal-lealtà
Għall-ħabta tal-11:40 ta’ dalgħodu l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tasal il-Parlament fejn ftit wara tingħata merħba mill-iSpeaker fejn minn hemm tmur fil-Kamra tar-Rappreżentanti fejn il-President twassal id-diskors tal-ftuħ.
Wara jsir id-diskors tal-ftuħ tal-ewwel seduta Parlamentari, li dan isir mill-iżgħar membru tal-Kabinett, f’dan il-każ Rosianne Cutajar li għandha 28 sena.