Tul il-ġimgħat one.com.mt se jkun qed jagħti ħarsa lejn l-aħħar aġġornamenti u kurżitajiet fuq l-avventura ta’ Liquorish li bħalissa qiegħda tixxandar kull nhar ta’ Tnejn fuq ONE.
Ġimgħa wara ġimgħa, Andrea Cassar qed tirrakonta l-esperjenza ta’ dawn it-12-il avventurużi, magħżulin fost ħafna applikanti li issa qed jgħixu avventura fil-pajjiż tal-Filippini; esperjenza li s’issa wriet kemm dan il-pajjiż huwa sinjur fil-kultura, ambjent u wżanzi tal-poplu tiegħu.
Wara l-esperjenza li kellhom f’wieħed mill-akbar għerien fil-Filippini, il-parteċipanti jgħaddu minn esperjenza diffiċli.
Il-jeepney (van tradizzjonali) li kienu fuqu waqaf f’nofs niżla wieqfa ħafna. Minn hemm kellhom jimxu mgħobbijin bil-backpacks lejn id-destinazzjoni finali.
Huma wasslu f’nofs l-għelieqi tar-ross ġo Batad; meqjusin bħala l-8th Natural Wonder tad-dinja – bla dubju xeni spettakolari.
Tkompli l-esperjenza ta’ Roberta u Angel li bdew l-avventura impossibbli tagħhom.
Il-pjan hu li jiltaqgħu mal-unika mara mit-tribu oriġinali tal-Kalinga li għadha tagħmel it-tattoo permezz ta’ xewka u bastun bl-inka magħmula mill-faħam: Fang-Od.
Dawn il-filmati se jkunu uniċi għat-televiżjoni Malti wara li din il-mara ġiet iffilmjata u intervistata minn stazzjonijiet ewlenin bħall-BBC u CNN.
L-aħħar aġġornamenti jew il-formola biex wieħed japplika għas-sena d-dieħla tinsab fil-website www.liquorish.tv.
Liquorish ikompli it-Tnejn fit-20:30 fuq ONE b’aġġornamenti kuljum fis-07:20, 20:20 u l-23:20 fuq ONE.