Wara jiem ta’ stennija, fl-1 ta’ April, jirritorna LIQUORISH fuq ONE.
U din mhux ċajta tal-ewwel ta’ April, anzi, l-edizzjoni ta’ din is-sena hija akbar minn qatt qabel għal bosta raġunijiet.
Primarjament, din is-sena hija l-20 avventura ta’ LIQUORISH u t-tieni raġuni hija li l-parteċipanti huma kollha protagonisti minn edizzjonijiet passati.
Dawn huma l-10 parteċipanti ta’ LIQUORISH ALL STARS










LIQUORISH ALL STARS se jixxandar esklussivament fuq ONE, għal ħmistax-il ġimgħa, kull nhar ta’ Tnejn fit-8:30pm. Għal din is-sena, apparti l-programm prinċipali tat-Tnejn filgħaxija, LIQUORISH ikompli kuljum mit-Tlieta sal-Ġimgħa fit-8:30pm b’episodji qosra, b’filmati li ma nkunux rajna nhar ta’ Tnejn.