Mit-Tnejn l-1 ta’ April, jirritorna LIQUORISH fuq ONE. Kif tħabbar din ser tkun l-għoxrin avventura u se tkun waħda speċjali għaliex se naraw parteċipanti li diġa’ pparteċipaw waqt LIQUORISH fil-passat.
Għalhekk l-edizzjoni ta’ din is-sena, hija ntitolata LIQUORISH – ALL STARS.

Mill-lum it-Tnejn 18 ta’ Marzu fuq il-mezzi soċjali bdew jitħabbru l-parteċipanti. Kuljum se jitħabbar isem, umbgħad mit-Tnejn 25 sal-Ħamis 28 ta’ Marzu fit-8:30pm se nsegwu filmat qasir, kuljum fuq ONE dwar il-parteċipanti li se jieħdu sehem fl-edizzjoni speċjali ta’ din is-sena.