Hekk kif bdiet edizzjoni oħra tal-akbar reality-show fuq it-televiżjoni lokali, Liqourish, Andrea Cassar li għal sena oħra qed tmexxi dan il-programm ħabbret li din is-sena kienet ferm diffiċli biex issir din l-avventura, tant li ftit siegħat biss qabel il-parteċipanti waslu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta, parteċipant ma setgħax jieħu sehem f’dan il-programm minħabba li nstab pożittiv għall-Covid-19.
Fil-bidu tal-edizzjoni ta’ din is-sena, Liquorish ħabbar li ser jieħu lill-parteċipanti u lis-segwaċi ta’ ONE, is-South Africa. Din hija t-tmintax-il sena ta’ Liquorish. L-avventura li ser tkun imxandra fi 15-il programm, tintemm f’Lulju li ġej. Intant, fl-ewwel programm tħabbar li nfetħu l-applikazzjonijiet għal Liquorish 2023.
Segwi hawn il-ftuħ ta’ Liquorish 2022