L-istilla Arġentin u plejer ta’ Paris Saint Germain, Lionel Messi llejla rebaħ l-65 edizzjoni tal-Ballon d’Or.
Din l-edizzjoni rritornat wara nuqqas ta’ sena, minħabba l-pandemija.
Messi għeleb l-isfida tal-plejer Pollakk ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski.
Fit-tielet post ġie l-plejer Taljan u ta’ Chelsea, Jorginho.
Waqt li l-istilla Portuġiż u ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo ġie fis-sitt post.
Messi kien l-aktar favorit li jirbaħ dan l-unur din is-sena wara li wassal lill-pajjiżu jirbaħ il-Copa America.
Qabel din is-sena, Lionel Messi rebaħ dan l-unur fl-2009, fl-2010, fl-2011, fl-2012, fl-2015 u fl-2019.
Waqt din is-serata, Lewandowski rebaħ l-unur tal-aqwa attakkant, waqt li l-gowlkeeper Taljan Gianluigi Donnarumma rebaħ l-unur tal-aqwa gowlkeeper.
Il-plejer Spanjol ta’ Barcelona, Pedri rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-futbol ta’ taħt il-21 sena.
It-tim Ingliż ta’ Chelsea, li l-istaġun li għadda rebaħ l-UEFA Champions League, ingħata l-unur tal-aqwa klabb fid-dinja.