L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet linji gwida ġodda li wieħed għandu jsegwi meta jkun qed jagħmel użu minn tail lifts, sabiex jiġi evitat kull tip ta’ periklu.
Dawn il-linji gwida jinkludu standards legali dwar taħriġ, inspezzjonijiet u manutenzjoni. Apparti minn hekk l-OHSA qalet li jekk it-‘tail lift’ jintuża għal ġarr ta’ merkanzija biss, għandu jiġi inspezzjonat kull tnax-il xahar filwaqt li jekk jintuża minn persuni wkoll, dan għandu jiġi inspezzjonat kull sitt xhur minn persuna li hi kompetenti.
L-istess dokument jagħti ħarsa wkoll lejn rekords li wieħed għandu jżomm ta’ manutenzjoni li jsir u kif ukoll tiswijiet li jsiru, rapporti dwar inspezzjonijiet li jinkludu assessjar tat-‘tail lifts’ biex jiġi żgurat li hu sigur, fost oħrajn.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/08/Safe-use-of-Tail-Lifts.pdf” title=”Safe use of Tail Lifts”]