L-Awtorità għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, permezza ta’ stqarrija konġunta, fakkru lill-pubbliku li kampijiet, tined u affarijiet simili li huma għola minn metru għandhom jitpoġġew fuq wara tal-bajja sabiex ma jkun hemm ebda tfixkil għal dawk li jmorru jgħumu.
Apparti minn hekk, sostnew li mhux permess li xugaman jew kull tip ta’ materjal jitweħħel ma’ umbrelel tal-baħar.
Iż-żewġ awtoritajiet se jkunu qed iweħħlu informazzjoni kemm fil-bajja tal-Armier u kif ukoll fil-bajja ta’ Little Armier u postijiet oħra fejn l-pubbliku se jkun avżat dwar aspetti varji.
Is-sinjali li jitweħħlu se jkun qed ikollhom wkoll informazzjoni dwar il-projbizzjoni ta’ paddleboats u dgħajes oħrajn, sajd f’żoni fejn wieħed jgħum, il-preżenza ta’ klieb u annimali oħra fuq il-bajjiet, ir-rimi ta’ oġġetti u kif ukoll mużika oħra li taf tkun ta’ inkonvenjenza għall-pubbliku.