Hekk kif il-mewġa ta’ temp kiesaħ kompliet f’pajjiżna, fl-aħħar sigħat id-Direttorat għall-Istandards fis-Saħħa fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, bagħat ċirkolari lid-djar tal-anzjani dwar miżuri li jistgħu jieħdu biex iżommu lill-anzjani protetti.
L-anzjani huma faxxa ta’ nies l-aktar vulnerabbli għall-kesħa, għaldaqstant il-kmamar li jgħixu fihom għandhom jinżammu sħan u b’temperaturi ta’ mhux inqas minn 21 grad matul il-ġurnata u 18-il grad matul il-lejl.
Id-djar tal-anzjani għandhom jaraw li hemm biżżejjed heaters u gvieret/quilts għal fuq is-sodod. L-anzjani għandhom ikunu mħeġġa jilbsu peduni u piġami biex jibqgħu sħan.
Ir-residenti għandhom ukoll jevitaw li joqogħdu barra, jieklu b’mod regolari, jieħdu xarbiet sħan, u jilbsu saffi ta’ ħwejjeġ. Min-naħa l-oħra, għandhom jevitaw il-kafè u l-alkoħol.